Arti Party contemporary art radio podcast

In a 2024 collaboration with Campus 103.7, the University of Malta radio station, and Unfinished Art Space, I interviewed contemporary artists and curators who have worked with Unfinished Art Space over the past few years, covering practices and methodologies such as community art practice, inter-disciplinarity, art in public space, archival practice, poetics, and sound.

This 13-part one-hour long radio series was produced and aired during the 2024 summer schedule of Campus 103.7.

The whole series is accessible here: https://www.um.edu.mt/services/campus1037/ondemand/visualarts/artiparty/.

The languages used are Maltese and English.

One thought on “Arti Party contemporary art radio podcast

  1. Hi Karsten,

    Prosit kbira! Ħallejtni bla kliem. Din is-sensiela mhux biss tagħti vuċi ġdida lill-arti kontemporanja, imma wkoll toħloq spazju fejn l-intervisti jitolbu riflessjoni aktar profonda. Mhux bħal meta ngħidu aħna, tisma’ mużika li tqanqlek mill-ewwel emozzjonalment; dawn il-programmi jeħtieġu l-ħin biex tifhimhom, tirrifletti dwarhom u tapprezzahom kif xieraq. Fil-fatt, għadni ma smajthomx kollha, u nittama li nsib il-ħin sabiex nismagħhom kollha.

    Nifraħlek ukoll għall-viżjoni artistika u l-varjetà tematika li ksibt f’dis-sensiela. L-istruttura tal-programmi kienet għażla li saret bir-reqqa u tħaddan firxa wiesgħa ta’ aspetti tal-arti kontemporanja. Ir-relazzjoni bejn l-arti, is-soċjetà, in-natura, u l-aspetti edukattivi tagħti lill-programm perspettiva wiesgħa li tispira u saħansitra tħeġġeġ riflessjoni profonda dwar kif l-arti tista’ tintegra fir-realtà ta’ kuljum, barra fid-dinja immaġinattiva.

    L-inklużjoni ta’ vuċijiet ġodda, speċjalment l-istudenti f’programmi bħal Ilħna minn Farfara 2031, hija inizzjattiva tabilħaqq impressjonanti. Din mhux biss tgħin biex titrawwem ġenerazzjoni ġdida ta’ persuni kreattivi, imma wkoll tagħti spazju għal aktar diversità fl-ideat u toħloq rabta aktar diretta bejn l-udjenza u l-artisti żgħażagħ. Għoġobni immens l-isfond tan-natura waqt li intervistajt lill-artisti ta’ Farfara 2031.

    Il-mod kif kienu esplorati suġġetti bħall-ekoloġija, is-sostenibbiltà, u l-kollaborazzjoni interdixxiplinarja juri viżjoni innovattiva li kif ingħad fil-programmi, tistabilixxi l-arti bħala għodda li tħares lil hinn mill-aspett estetiku. Din il-viżjoni tagħti valur ġdid lill-arti kontemporanja, billi turiha bħala mezz rilevanti u trasformattiv fejn huma indirizzati sfidi soċjali, politiċi, u ambjentali.

    Minn dak li smajt s’issa, donnhom il-programmi jagħtu spazju b’saħħtu għal dimensjoni internazzjonali u jkopru b’mod mill-aktar interessanti diversi aspetti tal-arti kontemporanja. Madankollu, peress li għadni ma smajthomx kollha, ma nistax nikkonferma jekk hemmx enfasi biżżejjed fuq ir-riċerka u l-istorja lokali. Forsi jista’ jkun hemm lok biex dan l-aspett lokali japprofondixxi aktar, sabiex il-kuntest Malti jidħol b’mod aktar ċar fid-diskussjonijiet, mingħajr ma titnaqqas il-perspettiva globali.

    Apprezzajt ħafna l-enfasi fuq il-kollaborazzjoni u l-ispazji komunitarji. Ninkuraġġik tkompli tiżviluppa opportunitajiet fejn artisti, edukaturi, attivisti, u ċittadini jaħdmu flimkien biex isaħħu d-djalogu kulturali u kreattiv. Dan il-programm huwa prova ċara ta’ kif l-arti tista’ tkun rilevanti, ispirata, u trasformattiva. Tabilħaqq li nifraħlek u lill-kollaboraturi kollha li rnexxielkom toħolqu forum uniku li jagħmel il-konnessjoni bejn l-arti u l-ħajja reali tassew tanġibbli. Nawguralkom li tkomplu b’dax-xogħol tant prezzjuż, u mill-ġdid, prosit tassew!

    Il-ħidma t-tajba!

    Grazzi u nselli ħafna għalik,

    Jacqui

    ‪‪ https://scholar.google.com/citations?user=nyFBP3IAAAAJ&hl=en&authuser=1

    Liked by 1 person

Leave a comment